Il-midfielder ta’ Barcelona Gavi rebaħ il-premju prestiġjuż ta’ Tuttosport Golden Boy għall-2022.
Iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena kellu staġun mill-aqwa l-istaġun li għadda ma’ Barcelona, u sar plejer importanti għal Luis Enrique fit-tim Nazzjonali Spanjol.
Il-premju Golden Boy intrebaħ minn diversi plejers mill-aqwa fil-passat fosthom Lionel Messi, Raheem Sterling, Erling Haaland u Paul Pogba, filwaqt li r-rebbieħ tal-2021 kien il-kollega ta’ Gavi fil-midfield ta’ Barcelona, Pedri.
Gavi sar ukoll ir-raba’ Spanjol li rebaħ il-premju, rekord għal nazzjon wieħed, wara Cesc Fabregas, Isco u l-imsemmi Pedri. Huwa wkoll it-tielet rebbieħ minn Barcelona , u laħaq lil Manchester United bi tliet rebbieħa kull wieħed.
//= $special ?>