Il-paġna ta’ Replay (Net Television) ftit tal-ħin ilu żvelat li l-kowċ tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena Gilbert Agius se jieħu f’idejh it-tmexxija tal-iskwadra nazzjonali ewlenija b’mod temporanju.
L-aħbar kienet konfermata ftit tal-ħin ilu mill-President tal-Malta Football Association Bjorn Vassallo, waqt laqgħa li għaddejja bħalissa. Dan wara li tħabbar li kienet aċettata r-riżenja tal-kowċ nazzjonali Devis Mangia. L-aħbar tfisser li t-tim nazzjonali Malti se jkun immexxi minn Agius għaż-żewġ logħbiet ta’ ħbiberija li jmiss, kontra l-Greċja fis-17 ta’ Novembru u kontra l-Irlanda tlett’ijiem wara
//= $special ?>