F’logħba mill-isbaħ miċ-Challenge Cup, GREE Sliema Hotsticks għelbu lil Qormi Daikin 3-2 b’din tkun l-ewwel rebħa tal-istaġun għaċ-Champions. Sliema pattew għat-telfa ta’ ħmistax ilu kontra l-istess Qormi fis-Super Cup.
Ryan Dalli tefa’ lil Sliema fil-vantaġġ wara biss 30 sekonda bil-Qriema jġibu l-iskor indaqs minn Juan Sarcia.
Fit-tieni quarter l-iskor baqa’ l-istess biex fit-tielet quarter Chris Agius reġa’ poġġa lil Sliema minn fuq. Qormi ġabu l-iskor indaqs fir-raba’ quarter permezz ta’ Kyle Micallef iżda Sliema reġgħu skorjaw permezz ta’ Chris Agius li għaqqad doppjetta personali u ta r-rebħa lit-tim tiegħu.
//= $special ?>