Alex Borg, PN
Id-deputat Nazzjonalista Alex Borg sostna fil-parlament li l-gvern naqqas l-allokazzjoni għal Għawdex.
Alex Borg qal li l-Ewropa qed tiffaċċja kriżi minħabba l-gwerra u sostna li malta għandha tkun kredibbli b’reputazzjoni tajba internazzjonalment. Dan ma seħħx fl-aħħar snin meta isem Malta ttappan madwar id-dinja kollha.
Il-gvern ipprova biss jillipazza iżda fil-pajjiż għad hawn ħafna problemi ta’ skandli u nuqqas ta’ governanza tajba. Il-flus qed jintefqu fil-persons of trust, miljuni lil Steward u fil-propoganda sfrenata flok fejn hemm bżonn.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li dan qed isir minflok li l-gvern jinvesti fl-affarijiet urġenti għall-poplu Malti. Hu sostna li l-gvern qed ikompli jżid id-dejn tal-pajjiż waqt li l-gvern irid jaqta’ l-flus lill-Għawdxin, li tnaqqas b’16% fin-nefqa kapitali.
Il-gvern tilef €5 miljuni f’fondi Ewopew fuq proġett ta’ mużew f’Għawdex, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-PN jemmen i Għawdex jeħtieġ investiment partikolari. F’Għawdex in-negozji qed ikunu effettwati negattivament.
//= $special ?>