Janice Chetcuti, PN
Id-deputat Nazzjonalista Janice Chetcuti qalet li l-budget nesa kompletament lill-annimali ulil dawk li jgħinuhom.
Fil-parlament hi sostniet li l-gvern kien wiegħed iċ-ċimiterju tal-annimali iżda m’hemm l-ebda allokazzjoni għal dan il-proġett. Il-gvern għandu jara li kun hemm ġonna u postijiet miftuħa fejn l-annimali jkunu jistgħu jindifnu. L-annimali llum jinħarqu u jintremew mal-iskart.
Id-deputat Nazzjonalista appellat biex is-servizz tal-veterinarju jkun iktar aċċessibbli iktar għal kulħadd.
Għandu jkun hemm animal steward fil-kunsilli lokali kollha biex jitratta b’mod professjonali l-ħarsien tal-annimali fil-lokalitajiet. Għad hawn numru ta’ abbużi fil-konfront tal-annimali; liema abbużi mhux dejjem ikunu rapporati.
Hemm nuqqas fl-estimi fil-fond għall-ħarsien tal-annimali, fl-Animal Aftercare Clinic u fid-Direttort tal-Animal Welfare u l-inizjattivi konnessi.
Id-deputat Nazzjonalista sostniet li n-nies li jaħdmu f’dan is-settur ikunu professjonisti li jħobbu l-annimali.
Hi appellat biex id-direttorati għall-ħarsien tal-annimali f’Malta u Għawdex ikunu jaqgħu taħt l-istess ministeru biex ikun is-sinerġija neċessarja.
Id-deputat Nazzjonalista semmiet id-diversi skemi varji li ħarġu biex ikunu msewwija qtates li jkunu jgħixu barra. Hemm nuqqas ta’ flus għal dawn l-iskemi u biex ikunu adottati annimali.
Hi kkudnannat l-aġir ta’ min jaħqar lill-annimali u sostniet li għandu jkun hemm il-liġijiet neċessarji quddiem dawn l-abbużi.
//= $special ?>