“€14,000 għall-attività ta’ wara d-dikors tal-Budget.”
Dan qalu d-Deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia f’post fuq il-midja soċjali t-Tlieta filgħaxija.
Huwa qal li l-Gvern Laburista nefaq €14,337 għall-konferenza tal-aħbarijiet li organizza quddiem Kastilja wara d-Diskors tal-Budget li sar nhar it-Tnejn 24 ta’ Ottubru.
Caruana Cilia sostna li l-Gvern kontinwament jgħid lill-poplu Malti u Għawdxi sabiex jissikkaw iċ-ċinturin u joqogħdu bil-għaqal filwaqt li l-ħela u t-tberbiq mill-Gvern tkompli.
Huwa stqarr li dan kollu qed isir minn flus il-poplu li bħalissa qed jaffaċċjaw ż-żieda sostanzjali fil-prezzijiet.
//= $special ?>