Lokali Parlament

Il-Ministru Owen Bonnici ma marx għand il-pulizija meta kien jaf b’abbuż sesswali fl-Orkestra Nazzjonali

Il-Ministru Owen Bonnici m’għamel xejn u ma marx għand il-pulizija meta sar jaf direttament dwar l-abbuż sesswali fl-Orkestra Nazzjonali wara li kien informat b’dan l-abbuż mill-istess allegata vittma.

Dan jiriżulta minn tweġibiet parlamenari li ta l-istess Ministru Bonnici meta kien mistoqsi diversi mistoqsijiet parlamentari supplimentari mid-deputati Nazzjonalisti Julie Zahra u Claudette Buttigieg.

Mistoqsi għaliex ma marx għand il-pulizija meta kien avviċinat qal li hu għandu fiduċja fl-Uffiċċju tal-Kummissarju li jirregola l-vjolenza fuq bażi tal-ġeneru. Il-Ministru Bonnici qal li fil-fatt hu kien kiteb lill-dan il-Kummissarju u sostna li dan hu każ sensittiv.

Il-Ministru Bonnici ammetta li hu kien tkellem ma’ ġurnalista tan-NET TV bl-iskop li jtiha l-informazzjoni ‘korretta’ dwar storja mxandra fuq l-istazzjon.