Lokali

Imut it-Tork illi waqa’ fl-Iskola tal-Imsida

Miet fl-isptar Mater Dei it-Tork ta’ 43 sena, illi l-ġimgħa li għaddiet weġġa’ wara li waqa’ madwar sular u nofs waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fl-iskola Primarja tal-Imsida.

Sfortunatament, il-ħaddiem barrani tilef il-ġlieda tiegħu għall-ħajja matul il-lejl li għadda.

Dwar dan il-każ, inħatret inkjesta immexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin