Mario de Marco, PN
Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco sostna li Malta għandha tiqba’ newtrali iżda n-newtralità ta’ Malta għandha tkun definita aħjar.
Mario de Marco qal fil-parlament li Malta kienet minn dejjem membru attiv tan-NU u spjega kif il-proċess biex Malta tkun eletta membru tal-Kunsill tas-Sigurtà beda fl-2010 taħt il-Ministru ta’ dak iż-żmien Tonio Borg. Dan is-siġġu għandu jkun trattat b’mod għaqli.
Malta ma tistax tkun newtrali quddiem l-invażjoni Russa fl-Ukrajina; l-istess kif Malta kienet soda tappoġġja lil-Kuwajt wara l-invażjoni Iraqqina. Malta fforma parti mid-dinja tal-Punent u minn grupp ta’ pajjiżi tal-Punent kif ukoll membru fl-UE. Hu qal li Malta għandha tappoġġja l-applikazzjoni tal-Ukrajina fl-UE.
Malta għandha timmassimizza l-viżjoni Mediterranija fil-politika barranija; is-siġġu fil-Kunsill tas-Sigurtà joffri l-opportunità li Malta ssaħħaħ il-vuċi tagħha dwar il-Libja, is-Sirja, il-Palestina, l-immigrazzjoni rregolari, is-sigurtà tal-ikel u l-enerġija u l-impatt ta’ dan fuq l-ikel.
Hu qal li Malta għandha ssaħħaħ ir-relazzjonijiet ma’ Iżrael u amt-Turkija. Anki r-relazzjonijiet maċ-Ċina jistgħu jkunu utli għalkemm Malta m’għandha qatt tbaxxi rasha quddiem iċ-Ċina; li dejjem fehmet il-politika ta’ newtralità ta’ Malta.
Iċ-Ċina se tifhem meta Malta tiddikajra li tappoġġja s-sanzjonijiet kontra r-Russja minħabba din l-invażjoni. Malta għandha tuża s-siġġu Kunsill tas-Sigurtà biex tibni pontijiet u relazzjonijiet ma’ pajjiżi oħra.
Mario de Marco tkellem dwar in-newtralità u staqsa wasalx iż-żmien li l-kostituzzjoni tkun riveduta mhux biex titneħħa n-newtralità iżda biex din tkun definita aħjar.
In-nonallineament ma jagħmilx sens għaliex m’għadiex hemm iż-żewġ superpotenzi li kien hemm fis-snin tmenin. Kulħadd jaqbel li Malta għandha tibqa’ pajjiż newtrali iżda din għandha tkun definita, sostna d-deputat Nazzjonalista li tkellem ukoll dwar Trade Malta u qal li l-ambaxxaturi Maltin għandu jkollhom adegwat biex jattiraw lejn Malta investiment barranin.
//= $special ?>