L-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex dalgħodu ppreżentaw il-ktieb ‘Intom id-Dawl tad-Dinja’. Il-ktieb ġie ppreżentat mill-Arċisqof Charles Scicluna bħala l-President tal-Konferenza Episkopali Maltija, fil-preżenza tad-Delegat għall-Edukazzjoni Reliġjuża tal-istess Konferenza Episkopali, Dun Carl-Mario Sultana, li kkoordina x-xogħol tal-ktieb flimkien ma’ Alice Micallef, Antoinette Laferla, Johann Tabone u Nathan Bonnici.
‘Intom id-Dawl tad-Dinja’ hu ktieb ta’ għajnuna għat-tagħlim tar-reliġjon u minn din is-sena skolastika beda jintuża mill-istudenti kollha li qegħdin fid-disa’ sena. L-istess ktieb għandu l-għan li jibqa’ jintuża sal-11-il sena u b’hekk iwassal lill-istudenti għall-eżamijiet tal-livell SEC.
Il-ktieb ġie ppubblikat bil-Malti u bl-Ingliż mill-Uffiċċju tal-Edukazzjoni Reliġjuża tal-Konferenza Episkopali Maltija.
//= $special ?>