Bernice Bonello, PN
Id-deputat Nazzjonalista Bernice Bonello qalet fil-parlament li l-bażi prinċipali tad-diplomazija hi r-reputazzjoni tal-pajjiż u sostniet li l-akbar xkiel li għandu l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin hi propju r-reputazzjoni mfarrka li farrak l-istess gvern.
Id-deputat Nazzjonalista tkellmet dwar il-mod kif qed jintefqu l-fondi mill-UE u appellat biex il-gvern jagħmel konsultazzjoni dwar kif se jintefqu dawn il-fondi.
Il-gvern għandu jassigura li dawn il-fondi jintuzwa bl-aħjar mod possibbli u mhux billi jseħħu każi bħal dawk tal-flyovers tal-Marsa. Hi staqsiet jekk il-problemi ewlenin, fosthom tat-traffiku hux qed jissolvew bil-fondi Ewropew.
Id-deputat Nazzjonalista appellat biex il-gvern jinvesti dawn il-fondi fl-edukazzjoni u sostniet li l-gvern Laburista waqqaf il-proġetti ta’ skola kull sena.
Bernice Bonelo semmiet l-ambjent u appellat biex ikun hemm iktar ġonna u spazji miftuħa anki b’fondi Ewropej. Hi appellat ukoll biex jissaħħu l-istituzzjonijiet u biex isir investiment ikbar fiż-żgħażagħ.
Mhux biżżejjed li jinfetħu iktar ambaxxati, għaliex l-ewwel prijorità għandha tkun dik li tissewwa r-reputazzjoni ta’ Malta. L-ambaxxati għandu jkollhom ir-riżorsi neċessarji biex ikunu jistgħu jkomplu jaħdmu.
//= $special ?>