Lokali Parlament

Jekk mhux se jkunu mgħejjuna, l-agrikoltura u s-sajd imutu

Toni Bezzina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal fil-parlament li jekk mhux se jkunu mgħejjuna, l-agrikoltura u s-sajd se jmutu

Toni Bezzina qal li l-gvern kien ikkommetta ruħu li jagħti għanjuna fl-ippakkjar tal-ħaxix u l-frott, iżda din il-wegħda ma twettqitx u issa anqas biss hi mwegħeda. L-uniku għajnuna hi fit-tiġdid tal-qbiela tar-raba’.

Dwar is-sajd, Toni Bezzina qal li saru biss żewġ proposti li kien ressaq il-PN iżda m’hemm xejn dwar iż-żgħażagħ, kemm fis-sajd kif ukoll fl-agrikoltura.

Toni Bezzina tkellem dar il-proposti li ressaq il-PN u qal li l-immaniġġjar għaqli tal-art agrikola tista’ tagħti spinta ‘l quddiem lis-settur. L-Istat għandu jgħin lill-bdiewa biex dawn l-artijiet jerġgħu isiru artijiet agrikoli. Għandu jkun rivedut il-mod kif artijiet tal-gvern jingħataw lil terzi għaliex minkejja l-proeċess tal-offerti hemm artijiet li qed jingħataw bi prezzijiet esaġerati.

Jeħtieġ li d-Dipartiment tal-Agrikoltura jimmaniġġja l-artijiet u mhux id-Diprteiment tal-Artijiet għaliex hu d-Dipartiment tal-Agrikoltrua li verament jaf kif din l-art għandha tingħata fl-interess tal-bdiewa.

Hu qal li problema oħra hi n-new water fejn id-distrubuzzjoni ma titmexxiex mid-Dipartiment tal-Agrikoltura; hemm postijiet fejn lanqas network għad m’hemm.

Toni Bezzina semma l-veterinajri għall-annimali mrobbija fl-irziezet fejn il-problema tibqa’ n-nuqqas ta’ veterinjarji għaliex hawn nuqqas kbir minnhom. Hu appella biex il-korsijiet jibdew isiru fil-pajjiż u mhux barra minn Malta. Għandu jkun hemm sussidju għas-servizzi li l-veterinarji jagħtu lir-raħħala Maltina.

Problema oħra li l-għoli tax-xiri tal-ġwież u l-materjal użat fl-agrikoltura; il-prezzijiet splodew. Jeħtieġ li l-bdiewa li ikunu mgħejjuna biex jingħataw gwida biex japplikaw għal-fondi.

Il-bdiewa għandhom ikunu eżentati minn ħlasijiet meta japplikaw quddiem l-Awtorità tal-Ippanar. Il-prodott lokali għandu jingħata prominenza fir-riklamar mat-turisti.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar is-sajd u qal li għandu jkun hemm starter pack għas-sajjieda żgħażagħ biex jixtru prodotti marbutin mas-sajd; dan filwaqt li jkollhom ammont ta’ kwoti. Għandu jsir ukoll ċensiment tas-sajjieda biex l-għajnuna tkun iffokata. Għandha tingħata għajnuna lill-koperattivi tas-sajd biex ikun proċessat ċertu ħut kif isir investiment fit-tonn.

Dwar it-tiġdid tal-qbiela tar-raba’, Toni Bezzina qal li l-Oppożizzjoni taqbel ma’ dan l-att iżda ma taqbilx li dan tressaq qabel ingħalaq il-proċess ta’ konsultazzjoni.

Toni Bezzina kompla li jekk din il-liġi ma ssirx b’mod tajjeb, allura tista’ tkun id-daqqa finali għall-bdiewa jekk il-qbiela tkun għolja iktar minn kemm jaqla’ l-bidwi mill-istess art agrikola. Hu kompla li għandu jkun hemm skema li tgħin lill-bdiewa li se jkunu effettwati biż-żieda fuq il-kirja tar-raba’ tagħhom.

Toni Bezzina qal li l-irziezet se jkunu stmati bl-istess prezz tal-art agrikola iżda d-definizzjoni tal-art agrikola ma tagħmilx dan possibbli. Il-PN qed jipproponi li jkunu inklużi diversi strutturi oħra fosthom is-settur tan-naħa. Dan is-settur jinsab minsi għal kollox u m’hemmx riferenza għalih fil-budget.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem wdar il-bagħal taż-żunżan li qed jagħmel ħsara kbria lin-naħal; l-agikoltura tieħu n-nifs min-naħal u allaħares tintilef in-naħla Maltija.

Toni Bezzina tkellem dwar il-prezz tar-raba’ għaliex din hi waħda mill-ikbar problemi li għandu dan is-settur. Il-PN qed jipproni l-qligħ tal-bidwi meta jaħdem ir-raba’ jkun inkluż. Emenda oħra hi dwar l-istima għall-irziezet residenzjali biex ikun hemm distinzjoni bejn il-partijiet residenzjali u dawk li jintużaw għall-użu agikoli biex il-prezz tal-kirja jkun jirrifletti l-użu propja li jkun qed isir mir-razzett.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Awtorità għar-Raba’ se teskludi l-immaniġġajr tar-raba’ li hu propjetà tal-gvern u se tiffoka biss fuq ir-raba’ tal-privat. Din l-Awtorità għandha tikkontrolla r-raba’ kollu li hawn fil-pajjiż fl-aspett agrikolu. Ir-reġistru tal-art agrikola għandu jinkludi l-art argikola kollha u mhux biss dik tal-privat.

Toni Bezzina qal li l-art agrikola għandha tinħadem biss mill-bdiewa u ppropona biex tinfetaħ pitkalija f’Għawdex.