Lokali

Jidħlu tliet nomini għal tliet karigi fi ħdan il-Partit Nazzjonalista

Wara li għalaq iż-żmien biex ikunu sottomessi n-nomini għall-karigi ta’ President Riċerka Politika, President Djalogu Soċjali u Teżorier tal-Partit, il-Partit Nazzjonalista javża li dawn huma n-nomini li daħlu:

President Riċerka Politika: Mary Anne Lauri

President Djalogu Soċjali: Chris Said

Teżorier: Mario Ellul

L-elezzjonijiet biex ikunu eletti dawn l-Uffiċjali se ssir waqt laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, it-Tnejn, 14 ta’ Novembru.

Il-Partit Nazzjonalista jirringrazzja lil Martina Caruana u lil Ivan J. Bartolo għax-xogħol siewi tagħhom fil-karigi ta’ President Riċerka Politika u President Djalogu Soċjali rispettivament.