Il-Ministru Owen Bonnici kien ilu jaf dwar l-allegat fastidju sesswali sa mis-6 ta’ Settembru li għadda. Fi kliem sempliċi, Bonnici għamel kważi għoxrin jum sieket, sakemm fl-24 ta’ Settembru ħarġet l-ittra tar-riżenja ta’ din l-eks impjegata … biex imbgħad, xahar wara kellu jitkellem bilfors wara li l-istorja ħarġet fil-media.
Waqt il-programm Xtra fuq ix-Xandir Nazzjonali, id-Deputat Nazzjonalista Julie Zahra saqsiet numru ta’ mistoqisijiet lill-Ministru – fosthom għaliex dam dawn il-jiem kollha biex aġixxa.
It-tfalja li sfat vittma ta’ fastidju sesswali waqt li kienet taħdem mal-Orkestra Filarmonika Maltija kienet marret tkellem lil Owen Bonnici fl-ewwel ġimgħa ta’ Settembru.
Iżda l-Ministru responsabbli ma ħax il-passi neċessarji immedjatament kif sar jaf li b’dak li seħħ… bit-tfajla kellha tirriżenja mix-xogħol tagħha ftit tal-jiem wara.
Il-Ministru tal-Kultura baqa’ sieket dwar dak li seħħ u kien biss wara li l-aħbar ħarġet fil-media li tkellem fuq il-każ fejn saħansitra ċempel lill-media tal-Partit Nazzjonalista biex jipprova jostor l-istorja.
Quddiem dan in-nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tal-Ministru Owen Bonnici, quddiem akkuzi serjissimi… il-Partit Nazzjonalista qed jitlob biex tintrefa’ responsabbilta u jirriżenja mill-karga tiegħu ta’ Minsitru.
//= $special ?>