Internazzjonali

L-attriċi Rebel Wilson issir omm permezz ta’ ‘surrogacy’

It-Tnejn Rebel Wilson ħabbret it-twelid tal-ewwel tifla tagħha, Royce Lilian, flimkien mal-għarusa tagħha Ramona Agruma, fuq l-Instagram account tagħha. Wilson ddeskriviet lil bintha bħala l-isbaħ miraklu, u li ma tistax tiddeskrivi l-imħabba li għandha lejha. Hi rringrazzjat lis-‘surrogate’ talli tagħta l-opportunità li ssir omm.

Wilson tkellmet dwar kif din is-sena xtaqet taħdem fuq saħħita u tonqos mill-piż, speċjalment minħabba l-problemi tas-saħħa li għandha, u dwar il-problemi tal-fertilita li kienet affaċjat. Ftit żmien ilu kienet iddeċidiet li tiffriża l-ebrijun wara li saret taf li għandha ‘polycystic ovarian syndrome’.