Somalu ta’ 27 sena ammetta li nhar il-Ħadd li għadda għall-ħabta tas-2.30pm f’argument ma’ persuna oħra fi gnien li jinsab fi Triq Patri Feliċjan Bilocca fil-Marsa kien involut f’argument ma’ raġel ieħor u kkaġunalu ġrieħi gravi wara li tah daqqa ta’ ponn f’wiċċu.
Abdirahman Hassan Sakariye, li nżamm arrestat, ġie mixli wkoll quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud li kiser l-ordni u l-paċi pubblika, li kien fis-sakra f’post pubbliku u li sar reċediv. Huwa mill-ewwel ammetta l-akkużi kontrih. Il-Maġistrat Mifsud iddiferixxa l-kawża biex jisma’ x-xhieda tal-vittma għas-16 ta’ Novembru fl-10.15am
Wara jkun jista’ jgħaddi għas-sentenza, skont dak li jisma’. Għall-akkużat deher l-avukat Victor Bugeja. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Elisia Scicluna.
//= $special ?>