L-atleta Maltija Dzintra Grech kisbet suċċess għaliha u għal pajjiżna fl-Obstacle Course Race fil-Greċja billi saret it-Trifecta World Champion wara li ddominat it-tiġrijiet kollha li ħadet sehem fihom. Grech ħadet sehem fi tliet tiġrijiet li huma Sprint, Super u Beast fejn f’kollha kemm huma spiċċat fl-ewwel post.
L-Obstacle Course Race tal-Greċja hija meqjusa bħala l-aktar waħda popolari fid-dinja bil-Beast Trial tkun l-aktar waħda diffiċli b’35 ostaklu fi 23 kilometru fejn Grech iddominat għal kollox u bħalma għamlet fil-kategoriji l-oħrajn. Hija kienet akkumpanjata minn diversi kowċis fosthom Leanne Bartolo.
Minbarra Grech, f’din il-kompetizzjoni pparteċipaw ukoll Adrian Bezzina, Carina Suda, Wojtec Stellmach u Alessio Aquilina.
//= $special ?>