Raġel ta’ 35 sena residenti Ħal Qormi weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Sqaq Bur il-Kbir, is-Siġġiewi. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta u kwart tal-bieraħ waranofsinhar.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Aygo, misjuqa minn Żvizzeru ta’ 61 sena, u mutur Piaggio, misjuq mill-vittma.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>