Lokali Parlament

Selmun għandu jitħalla barra mill-iżvilupp

Robert Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista u Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar appella fil-parlament lill-gvern biex Selmun ma jingħatax għall-iżvilupp għaliex jidher li hemm żviluppaturi interessi li jiżviluppawh.

Hu qal li l-argrikoltura għandha tkun kunsidrata wkoll bħala niċċa partikolari għat-turiżmu.

Robert Cutajar semma’ l-Park tal-Majjistral u qal li fih hemm binja li sal-2012 kellha tkun mużew dwar l-għasel iżda din issa tinsab fi stat deterjorat. Il-Kunsill Lokali Mellieħa wkoll m’għamel xejn dwar dan il-post.

Id-deputat Nazzjonalista tratta wkoll Selmun, il-Mistra u l-Imġiebaħ u qal li qatt m’għandu jkun aċċettat li jkun hemm xi żvilupp f’dawn iż-żoni. Dan minħabba li hemm min qed juri interess li jindaħal f’din iż-żona.

Robert Cutajar tkellem dwar is-sajjieda fil-Mellieħa u f’San Pawl il-Baħar u tratta ż-żoni partikolari fit-Tunnara l-Mellieħa u f’San Pawl il-Baħar li jeħtieġ li jkollhom il-faċilitajiet imtejba.

Mhux veru li d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali għandu xi aġenda li jraqqad lill-annimali, sostna Robert Cutajar, li kompla li dan id-Direttorat qed iwettaq ħidma favur l-annimali.

Hu appella biex il-petting farm jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-ministeru responsabbli mill-ħarsien tal-annimali. Ma jagħmilx sens li l-ħarsien tal-annimali u l-biedja f’Għawdex jaqgħu taħt ministeri differenti minn dak responsabbli mis-settur, sostna Robert Cutarajr li appella biex din is-sitwazzjoni tinbidel.