Lokali

“Huwa ċar li Owen Bonnici qed jaħbi” – Bernard Grech fuq Net FM

“Pajjiżna għandu bżonn Prim Ministru li jaħseb għall-ġid ta’ pajjiżna biex finalment ikolna istituzzjonijiet li jaħdmu bl-aħjar mod għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.”

Kien dan kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech waqt intervista li saret l-Erbgħa filgħodu fuq NetFM intervistat mill-ġurnalist, Dione Borg.

Bernard Grech tkellem dwar l-iskandli fi ħdan il-Ministeru tal-Kultura b’Owen Bonnici żbalja bi kbir fid-dawl ta’ tliet persuni fis-settur tiegħu li ġew sospiżi. Bernard Grech qal li Owen Bonnici kellu l-irwol li jipproteġi l-kultura iżda minflok naqas milli jara li l-affarijiet isiru sew.

“Huwa ċar li Owen Bonnici qed jaħbi,” qal Bernard Grech. “Qabad jattakka lill-ġurnalisti. Huwa evidenti li jinsabu dahru mal-ħajt u għalhekk li wara dawn il-każi kollha, Bonnici għandu jirriżenja.”

Bernard Grech irrikonoxxa l-fatt li Robert Abela m’għadx għandu l-awtorità li jdur lejn il-Ministri tiegħu stess dwar nuqqasijiet li jagħmlu. Dan qed iwassal għall-problema fil-governanza ta’ pajjiżna… Gvern li falla’ f’waħda mill-ikbar wegħdiet li għamel.

Il-Kap tal-PN tkellem ukoll dwar il-fatt li l-karigi tal-Ombudsman u l-Kummissarju tal-Istandards li għadhom vakanti… b’Robert Abela qed jibqa’ jaħrab milli jiddiskuti min għandu jieħu dawn l-irwoli.

U filwaqt li hemm pazjenti fil-kurituri, fil-canteen u fil-librerija tal-Isptar Mater Dei… għandna Prim Ministru li kontinwament qed jaħli flus il-poplu.

“Dan huwa Gvern li qed jonfoq bl-addoċċ,” qal Bernard Grech. “Budget li qed jonfoq il-mijiet ta’ eluf ta’ ewro ta’ flus il-poplu fuq il-ħela.”

Bernard Grech qal li Partit Nazzjonalista fil-Gvern se jkun qed jinvesti għal iktar ġid, flok jixxaħħaħ mal-poplu Malti u Għawdxi. Dan filwaqt li żied jgħid li hemm bżonn istituzzjonijiet li verament jaħdmu.

“Għandna bżonn ta’ istituzzjonijiet li jaħdmu u jaħdmu sew u mhux Ministri li jikkontrolla l-istorja,” qal Bernard Grech.

Daqs ftit jiem ilu, Roberta Abela kien attakka b’kumment partiġġjan lill-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi bħala bniedem li ma jgħaqqadx lil pajjiżna. B’Bernard Grech jgħid li Abela kontinwament jagħżel li jkun negattiv minflok jaħseb fil-ġid ta’ pajjiżna.

“Hi xi ħaġa tal-mistħija li għandna Prim Ministru li jaħseb b’dan il-mod,” qal Bernard Grech.