‘Rebħa ta’ kontinwità’
- Branko Nisevic, kowċ Ħamrun Spartans FC
‘Din kienet rebħa ta’ kontinwita fejn il-konsistenza hija l-aktar ħaġa importanti.’ Dawn kienu l-ewwel kliem li lissen il-kowċ ta’ Ħamrun Spartans Branko Nisevic wara r-rebħa li t-tim tiegħu kiseb kontra Balzan. Huwa kompla. ‘ Illum kienet logħba diffiċli wara kollox kif stennejna. Kien hemm il-fattur tat-temp u l-pitch ukoll. Imma kellna kontroll tajjeb tal-logħba u dejjem emmint li ridna nkunu paċenzjużi u l-gowl finalment jasal. Fil-fatt qatt ma’ konna nervużi.’ Mistoqsi finalment dwar is-sostituzzjonijiet li għal darb’oħra kienu determinanti huwa għalaq hekk. ‘L-iskwadra hija magħmula minn players ta’ talent. Il-ġimgħa l-oħra kien Luke u din il-ġimgħa Jonny. Players li ġieli bdew il-logħba wkoll. Imma dak huwa s-sabiħ ta’ din l-iskwadra.’
‘Ħafna mil-logħbiet qed jiġu deċiżi fl-aħħar’
- Oliver Spiteri, kowċ Balzan
‘Kellna numru ta’ players regolari neqsin u dan kompla jagħmel il-logħba aktar diffiċli għalina’ Hekk ikkummenta l-kowċ ta’ Balzan Oliver Spiteri wara t-telfa kontra Ħamrun Spartans. Spiteri kompla, ‘ Imma minkejja kollox kellna partita tajba. Ħamrun prattikament l-uniku xutt li taw lejn il-lasta kien il-gowl li bih rebħu l-logħba. Fl-ewwel taqsima l-aħjar ċans wasal f’saqajna b’xutt ta’ Jalu li Bonello salva. Imma vera tlifna iżda hemm ħafna pożittiv. Huwa kampjonat iebes u diffiċli fejn qed ikun hemm ħafna logħob bilanċjat. Fil-fatt ħafna mil-logħbiet qed jiġu deċiżi fl-aħħar ħinijiet.’
KLASSIFIKA | L | PTI |
Ħamrun Spartans | 10 | 28 |
Gżira United | 10 | 21 |
Birkirkara | 10 | 18 |
Hibernians | 10 | 18 |
Gudja United | 10 | 17 |
Floriana | 10 | 15 |
Balzan | 10 | 14 |
Mosta | 10 | 14 |
Marsaxlokk | 10 | 13 |
Valletta | 10 | 12 |
Sirens | 10 | 9 |
Santa Lucia | 10 | 5 |
Żebbuġ Rangers | 10 | 4 |
Pietà Hotspurs | 10 | 4 |
L-AQWA SKORERS | GLS |
Jurgen Degabriele (Hibernians) | 9 |
Jefferson De Assis (Gżira United) | 9 |
Charles Lokoli Ngoy (Żebbuġ Rangers) | 6 |
Vito Plut (Gudja United) | 5 |
Elvis Mashike (Ħamrun Spartans) | 5 |
Jake Grech (Hibernians) | 5 |
Maxuell Maia (Gżira United) | 5 |
Christ Ememe (Mosta) | 5 |
LOGĦOB LI JMISS
Centenary Stadium
2.00pm B’Kara – Gżira Utd.
4.30pm Żebbuġ R. – Ħamrun S.
Tony Bezzina Stadium
2.00pm Hibernians – Pieta H.
4.30pm Sta Lucia – Valletta
Il-Ħadd 13 ta’ Novembru, 2022
Centenary Stadium
11.30am Gudja Utd. – Floriana
Tony Bezzina Stadium
2.00pm Balzan – Mosta
4.30pm M’Xlokk – Sirens
//= $special ?>