Darren Carabott, PN
Id-deputat Nazzjonalista Darren Carabott qal fil-parlament li d-dewmien fil-qrati qed jolqot ferm ħażin liċ-ċittadin.
Hu qal li l-problema tad-dewmien fil-qorti hi waħda kbira fejn ħafna nies idumu snin wtal biex ikollhom deċiżjoni. Hemm każ pendenti l-qorti dwar qtil fejn hemm informazzjoni li nsterqet iżda l-familja għad m’għandhiex informazzjoni dwar il-proċess.
Dan id-dewmien qed iġib diffikultajiet u inġustizzji fil-kofront ta-vittmi tas-soċjetà. Ċertu differimenti ta’ kawżi qed jingħataw għal xhur twal u anki għal sena.
Id-deputat Nazzjonalista qal li hemm ukoll diffikultajiet f’każi quddiem il-Qorti tal-Familja li jinvolvu t-tfal u li huma wkoll każi delikati.
Darren Carabott sostna li hemm numru ta’ persuni li biex jitilgħu l-qorti jieħdu l-leave iżda meta jaslu l-qorti, jindunaw li l-kawża kienet differita. Hu semma’ n-notifiki u qal li fl-2021 kien hemm 45,900 notifikata bl-idejn waqt li bil-posta kien hemm 66,847 notifika. Dan filwaqt li fl-2022, kien hemm 40,000 notifika bl-idejn bil-posta u 55,000 notifika bil-posta.
Darren Carabott qal li fil-qorti hemm marixxal, ħames marixxalli anzjani u 20 marixxal li tnejn minnhom jisnabu fuq leave tal-irtrar. Dawn iridu jlaħħqu man-notifiki kollha; bilfors li jkun hemm dan id-dewmien, sostna Darren Carabott, li kompla, li anki mill-aspett tal-Korp tal-Pulizija hemm diffikultajiet minħabba li hemm taqsimiet u responabbiltajiet oħra. In-numri tal-pulizija jinsabu kif kienu fl-2014; 2152 uffiċjal fil-Korp tal-Pulizija.
Qed ikun hemm ukoll akkużati li jkunu liberati minħabba li n-notifiki ma jaslux; il-gvern jidher li m’għandux din l-informazzjoni dwr kemm hu dan l-ammont u għalhekk jeħtieġ li din l-informazzjoni tibda tinżamm.
Dwar l-allokazzjoni tar-riżorsi lill-imħallfin u l-maġistrati, id-deputat Nazzjonalista qal li r-realtà hi li fil-qrati hemm problema ta’ nuqqas ta’ rizorsi lill-ħaddiem tal-imħallfin li anki talbiet sempliċi jkunu ffaċċjati bi problemi. Ħafna avukati qed jispiċċa jgħaddu s-soft copies lis-sigrieti tal-Imħallfin għaliex m’hemmx tajpisti biex jittajpjaw is-sentenzi. Dan mhux tort tal-ħaddiema tal-qorti iżda l-problema hi l-allokazzjoni tal-gvern fir-riżorsi tal-qorti.
//= $special ?>

