Il-Qorti tal-Appell ppreseduta mill-Imħallef Wenzu Mintoff irrevokat id-deċiżjoni tat-Tribunal tar-Reviżjoni Amministrattiva u ħasret il-ftehim li kien sar bejn l-Awtorità tal-Artijiet u l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti – ftehim li kien sar mal-FKNK biex tieħu ħsieb ir-riżervi tal-Magħtab u l-Aħrax, u li issa spicca annullat.
F’Jannar li għadda, it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva fil-Qorti kien ċaħad żewġ rikorsi li saru minn diversi għaqdiet ambjentali kontra l-Awtorità tal-Artijiet dwar l-għoti ta’ dawn iz-zoni. L-għaqdiet ambjentali appellaw mid-deċiżjoni għax sostnew li la l-Awtorità tal-Artijiet u lanqas l-FKNK ma kienu awtorizzati mill-Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi, l-ERA, biex jagħmlu l-ftehim, olmentaw ukoll li l-Awtorità tal-Artijiet lanqas kisbet l-approvazzjoni tal-Ministru jew tas-Segretarju Parlamentari li taqa’ taħtu.
L-Imħallef Mintoff qal li t-Tribunal kellu jistħarreġ jekk il-ftehim kienx jikkwalifika bħala kirja u jekk din ingħatatx lill-FKNK skont il-liġi. Huwa qal li l-Awtorità tal-Artijiet kenet mistennija li tagħmel eżami mill-aktar rigoruż dwar jekk fil-każ imsemmi, is-siti setgħux jew kellhomx jingħataw lill-FKNK. U kien għalhekk li dan il-ftehim ġie dikjarat null.
Għaldaqstant il-ftehim ta’ art bejn il-gvern Malti, l-Awtorità tal-Artijiet u l-federazzjoni tal-kaċċaturi FKNK għat-tmexxija taż-żoni tal-kampanja tal-Miżieb u l-Aħrax bħala riżervi tal-kaċċa, issa ġie maħlul minn Qorti tal-Appell. Id-deċiżjoni tal-Imħallef Wenzu Mintoff tasal xhur wara li l-oġġezzjonijiet tal-NGOs għall-ftehim tal-art tal-FKNK kienu ġew mitfugħa mit-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva lura f’Jannar tal-2022.
L-Imħallef Mintoff qal li l-ftehim tad-9 ta’ Ottubru 2020 iffirmat bejn l-Istat u l-FKNK issa kien “null u bla effett” għax ma kienx sar skont il-formalitajiet tal-liġi fis-seħħ. Il-Qorti tal-Appell qalet li l-Awtorità tal-Artijiet ma kellha l-ebda dritt bil-liġi li tikkonċedi lill-FKNK “dritt personali” li tmexxi dawn is-siti mingħajr proċess formali mandat mill-liġi. “Il-liġi tirregola trasferimenti ta’ proprjetà permezz ta’ bejgħ, enfitewsi, kera, jew skambju parzjali.
“It-Tribunal kellu jiddetermina jekk il-ftehim jikkwalifikax bħala ‘kiri’, u jekk dan hux iġġustifikat bil-liġi, jiġifieri għal raġunijiet umanitarji, filantropiċi, kulturali jew soċjali. Fin-nuqqas ta’ tali ġustifikazzjoni, il-konċessjoni titqies nulla u bla effett.”
L-Imħallef Mintoff uża l-istess raġunament tat-Tribunal, meta osserva li l-kaċċa f’Malta kienet kwistjoni emottiva għal ħafna, biex jgħid li l-Awtorità tal-Artijiet kienet tabilħaqq mistennija li għamlet eżami aktar rigoruż dwar jekk dawn il-ħbula tal-kampanja setgħux għalhekk jiġu fdati f’idejn. l-FKNK fil-parametri tal-liġi.
L-Awtorità tal-Artijiet tat il-kustodja taż-żewġ imsaġar lill-FKNK f’att iffirmat bil-moħbi bejn il-gvern u l-organizzazzjoni f’Ottubru tas-sena li għaddiet. Iż-żewġ siti mifruxa huma żoni tradizzjonali tal-kaċċa iżda wkoll popolari bħala żoni ta’ rikreazzjoni. Il-każ ġie ppreżentat minn BirdLife Malta, Moviment Graffitti, Din l-Art Ħelwa, Friends of the Earth (Malta), Flimkien Għal Ambjent Aħjar u r-Ramblers Association, u kienu rappreżentati mill-avukat Dr Claire Bonello.
L-NGOs qalu li l-liġi tal-UE nkisret meta l-gvern naqas milli jagħmel xi wieħed mill-istudji meħtieġa sabiex jiddetermina u jevalwa l-impatti ambjentali ta’ konċessjoni daqshekk kbira. Qalu wkoll li l-liġi tal-UE lanqas ma ġiet segwita meta l-pubbliku ma tħallax jipparteċipa fit-tfassil tal-pjanijiet ta’ ġestjoni li jirriżultaw minħabba l-fatt li l-ftehim ġie nnegozjat bil-moħbi. L-NGOs qalu li l-konċessjoni ta’ dawn iż-żewġ żoni għal somma ta’ €400 sabiex jiġu divertiti l-passatempi tal-kaċċa tirriżulta fi dħul mitluf li kellu jiġi akkumulat għall-Fond għall-Ambjent.
//= $special ?>