Lokali

Il-funeral tan-nutar Abela se jsir nhar is-Sibt li ġej fid-9am

Nhar is-Sibt li ġej se tingħata l-aħħar tislima lill-eks Segretarju Parlamentari Nazzjonalista Tony Abela, illi miet fl-età ta’ 66 sena.

Il-funeral se jsir fid-9am fil-Knisja ta’ San Duminku fir-Rabat.

Tony Abela serva fil-Kabinett ta’ Gvern Nazzjonalista bejn l-2003 u l-2008.

Hu kien ikkontesta għall-ewwel darba l-elezzjoni ġenerali tal-1981 u kien elett għall-ewwel darba fil-Parlament fl-elezzjoni ġenerali tal-1987.

Fis-snin 90 – bejn l-1996 u l-1999 – hu serva wkoll bħala Teżorier tal-Partit Nazzjonalista.

Tony Abela twieled fl-14 ta’ Jannar, 1956. Hu ħa l-edukazzjoni tiegħu f’San Alwiġi u aktar tard fl-Università ta’ Malta, fejn anke kien membru tal-SDM u tal-KSU.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech saħaq li l-Partit Nazzjonalista tilef persuna leali li ta ħafna għad-distretti li kkontesta iżda b’mod partikolari għall-pajjiż.

Il-Partit Nazzjonalista jwassal il-kondoljanzi lill-familja ta’ Tony Abela, li dejjem kienet għal qalbu u li dejjem ra li ma jkun jonqosha xejn.