Lokali Parlament

Il-Gvern ma jweġibx dwar allegat tbagħbis fil-listi tal-inġiniera

Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi injora ripetutament domandi li saru mid-deputati Nazzjonalista Ryan Callus u Mark Anthony Sammut dwar tbagħbis li qiegħed jiġi allegat mill-MAPE, l-Assoċjazzjoni tal-Inginiera, fil-lista tal-inġiniera li ġew mogħtija l-warrant.

Id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus kellu jitlob l-Ispeakera biex il-Ministru Zrinzo Azzopardi jpoġġi d-dokumenti fuq il-mejda tal-Kamra, hekk kif ripetutament qiegħed jaħsel idu u jabdika milli jinvestiga allegazzjoni li titratta professjoni li min jipprattikaha huwa spiss involut fi proġetti li jaffetwaw is-sigurtà taċ-ċittadini.