Wara li lbieraħ tħabbret il-mewt tal-ex Segretarju Parlamentari Tony Abela, il-parlament dalgħodu sellem lil Tony Abela b’messaġġi mill-Ispeaker Anġlu Farrugia, il-Whip Nazzjonalista Robert Cutajar u l-Ministru Stefan Zrino Azzopardi.
Wara din it-tifkira, issa l-parlament, fil-ġranet li ġejjin, jagħmel iċ-ċerimonja uffiċjali ta’ tifkira kif isir meta jmut deputat jew ex deputat parlamentari.
Kemm l-Ispeaker, il-Whip Nazzjonalista u l-Ministru Zrinzo Azzopardi sellmu lil Tony Abela u ddiskrivewh bħala ħabib li ta kontiribut kbir fil-qasam politiku.
Tony Abela, serva bħala deputat Nazzjonalista u Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru bejn l-2003 u l-2008, miet fl-età ta’ 66 sena. Hu kien elett għall-ewwel darba bħala deputat Nazzjonalista fl-elezzjoni ġenerali tal-1987 u baqa’ jkun elett fl-elezzjonijiet ġenerali tal-1996, 1998 u 2003. Hu kien serva wkoll bħala deputat Nazzjonalista wara li kien elett b’elezzjoni każwali fl-2015.
Minbarra fil-politika, Tony Abela kien President ta’ Rabat Ajax FC li taħt il-presidenza tiegħu rebħu l-unuri kollha fil-football Malti.
//= $special ?>