Tard it-Tlieta filgħaxija tħabbret il-mewt tal-eks Segretarju Parlamentari Tony Abela; politiku Rabti li kien maħbub min kulħadd u li kien għadu attiv ferm sal-aħħar snin.
Abela serva bħala Segretarju Parlamentari bejn l-2003 u l-2008. F’dan il-perijodu mill-ekonomija, u aktar tard mill-qasam tad-difiża.
In-nutar Abela twieled fl-14 ta’ Jannar tal-1956.
F’messaġġ fuq Facebook, il-Kap tal-PN Bernard Grech qal illi jinsab ixxukkjat u ddispjaċut bit-telfa tan-nutar Tony Abela. “Tlifna persuna leali li ta ħafna għad-distretti li kkontesta, għall-pajjiż u għall-Partit Nazzjonalista. Inwassal il-kondoljanzi tieghi u tal-Partit lill-familja ta’ Tony, li naf kemm dejjem kienet għal qalbu u li dejjem ra li ma jkun jonqosha xejn”.

In-nutar Abela ħa l-edukazzjoni tiegħu f’San Alwiġi, u aktar tard fl-Università ta’ Malta.
Meta kien żagħżugħ Tony Abela kien membru tal-SDM u tal-KSU. U aktar tard ħa l-kariga ta’ Teżorier tal-Partit Nazzjonalista bejn l-1996 u l-1999.
Hu kien ikkontesta l-ewwel darba l-elezzjoni ġenerali tal-1981, biex imbgħad ħames snin wara ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament.
Fi stqarrija, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia esprima sentiment ta’ sogħba għall-aħbar tal-mewt tal-eks Deputat Parlamentari Tony Abela. Bil-Partit Nazzjonalista wkoll iwassal il-kondoljanzi tiegħu lill-qraba tan-nutar Abela.

In-nutar Abela serva wkoll bħala President ta’ Rabat Ajax fis-snin Tmenin. Taħt it-tmexxija tiegħu r-Rabtin rebħu kull unur li joffri l-futbol Malti – fosthom żewġ kampjonati u FA Trophy.
Fi stqarrija maħruġa minn Rabat Ajax, it-tim sellem lil Tony Abela bil-frażi “Ir-Rabtin grati lejk!”
//= $special ?>