Wara l-kampanja ‘Buy Commission-Free’ li kienet imnedija aktar kmieni din is-sena, MeDirect Bank Malta qed iniedi mill-ġdid l-imsemmija offerta bil-ħlasijiet kollha ta’ kommissjoni mneħħija meta wieħed jixtri securities mill-mobile app WealthTech li għandu l-Bank, jew minn fuq il-pjattaforma fuq l-internet, jew jekk dak li jkun jirrikorri personalment fiċ-ċentri ta’ investiment tal-MeDirect. Din il-kampanja bl-offerta msemmija hi valida sad-9 ta’ Diċembru 2022.
Barra minn hekk, MeDirect kompliet ittejjeb il-benefiċċji li toffri u nediet faċilità fuq il-pjattaforma WealthTech, dik ta’ aktar tul ta’ żmien. Din il-faċilità tippermetti lill-klijenti biex jissottomettu ordnijiet, jixtru jew ibiegħu l-equities jew ETFs f’Boroż internazzjonali li jistgħu jdumu biex jiskadu sa sitt xhur.
Ordnijiet bħal dawn ma jibqgħux validi wara sitt xhur jekk il-prezz gwida ma jintlaħaqx fis-suq, u dan sakemm ma jkunux ikkanċellati manwalment. Għaldaqstant issa, il-klijenti għandhom il-possibbiltà li jagħmlu l-ordni għal securities bħal dawn fl-ambitu ta’ dawn it-tliet parametri:
i) ordni tal-jum,
ii) li jkunu validi sakemm jiġu kkanċellati, jew
iii) sa data speċifikata.
Għal aktar tagħrif, wieħed jista’ jċempel lil MeDirect fuq in-numru 2557 4400.
//= $special ?>