Lokali Parlament

Meħtieġa azzjoni mmedjata u soluzzjoni alternattiva għall-binja tal-Qorti ta’ Għawdex

Chris Said, PN

Id-deputat Nazzjonalista Chris qal li jeħtieġ azzjoni mmedjata u soluzzjoni alternattiva għall-binja tal-Qorti ta’ Għawdex u ppropona li b’mod ippmedjat din tkun trasfrita għall-post modern iżda mhux użat fejn kien hemm l-MMU.

Fil-parlament Chris Said qal li l-gvern ilu 10 snin iwiegħed binja ġdida għall-Qorti ta’ Għawdex iżda baqa’ ma sar xejn minkejja li kien hemm pjan fi żmien gvern Nazzjonalista għall-bini ta’ qorti ġdid fir-Rabat.

Dan il-permess kien anki approvat u l-gvern Laburista, wara l-2013, kien kompla jaħdem fuqu. Gvern Nazzjonalista kien għamel anki l-pjani l-oħrajn marbuta mal-parkeġġ għal din il-binja iżda meta nbidel il-Ministru għal Għawdex, twaqqaf kollox u ntqal li se jsiru pjani ġodda.

Id-deputat Nazzjonalista qal li f’dan l-istadju kien identifikat post bies isr qorti; propju f’nofs iż-żona industrijali tax-Xewkija. Inbidel il-Ministru għal Għawdex u dan qal li dan il-proġett mhux se jsir. Issa s-sitwazzjoni hi għar minn dik li kienet qabel.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li lanqas l-espressjoni ta’ interess ma nħarġet; il-gvern qed jgħaddi n-nies biż-żmien. Chris Said kompla li fil-budget lanqas hemm allokazzjoni għal dan il-proġett.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-lift fiċ-Ċittadella baqa’ ma sarx u għalhekk l-anzjani u l-persuni b’diffikultajiet ma jistgħux imorru fil-Qorti ta’ Għawdex. Hu qal li l-ħaddiema qed jaħdmu f’uffiċini umdi u bla arja u m’hemmx kamra għall-avukati.

Għandha tinstab ukoll soluzzjoni temporanja billi dan imur fil-binja tal-ex MMU, liema binja saret minn fondi tal-UE biex suppost ikun hemm kumpaniji tal-IT iżda dan l-proġett ma seħħx. Hemm ammont ta’ spazju modern li jista’ jilqa’ fih il-Qorti ta’ Għawdex.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li fil-Qorti ta’ Għawdex hemm terz tal-ħaddiema nieqsa; importanti li l-ħaddiema jkunu kwalifikati. Ir-Reġistru tal-Qorti ta’ Għawdex fih biss tliet ħaddiema, m’hemmx Assistent Reġistratur u m’hemmx marixxal.

Dan hu nuqqas ta’ ippjanar mill-amministrazzjoni tal-qorti f’Għawdex. Hemm biss purtier wieħed u diffikultajiet amministrattivi oħra fosthom dik tat-traskrizzjonijiet.

Id-deputat Nazzjonalista appella biex jittieħdu l-azzjonijiet fosthom li jiżdiedu l-ħaddiema fil-Qorti ta’ Għawdex u l-gvern jispjega x’se jsir dwar Imħallef fil-Qorti ta’ Għawdex. Din il-liġi ilha sitt snin li għaddiet iżda ma daħlitx fis-seħħ. Hu appella biex it-Trinubal Industrijali u ċ-Ċentru tal-Arbitraġġ jibda jiltaqa’ f’Għawdex