Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Sadio Mane wkoll jitlef it-Tazza tad-Dinja

(Ritratt: EPA)

Daqqa ta’ ħarta kbira għat-tim Nazzjonali tas-Senegal hekk kif ftit tal-ħin ilu kien ikkonfermat li l-attakkant ta’ Bayern Munich Sadio Mane se jkun qed jitlef it-Tazza tad-Dinja. Fir-rebħa ta’ 6-1 li Bayern kisbu t-Tlieta filgħaxija kontra Werder Bremen Mane weġġa wara biss 20 minuta u għalkemm għall-ewwel kien maħsub li l-injury mhix daqsekk ta’ inkwiet, testijiet li saru l-Erbgħa filgħodu ikkonkludew li l-attakkant ta’ 30 sena mhux se jkun qed jagħmilha.

Fi Grupp A s-Senegal għandha magħha lill-pajjiż ospitant il-Qatar, lill-Ekwador u lill-Olanda bl-ewwel impenn tas-Senegaliżi jkun kontra dawn tal-aħħar it-Tnejn 21 ta’ Novembru