F’ San Siro
Inter v Bologna 6-1
Inter għelbu lil Bologna f’darhom b’wirja impressjonanti hekk kif irritornaw għar-rebħ wara li tilfu l-konfront tagħhom kontra Juventus fid-Derby d’Italia.
Kienu Bologna li fetħu l-iskor wara 22 minuta logħob hekk kif ħasdu lil avversarji tagħhom meta Charalampos Lykogiannis għeleb lil Onana b’xutt devjat minn naħa tax-xellug. Inter skurjaw il-gowl tad-draw ftit minuti wara meta Edin Dzeko sab ix-xibka permezz ta’ gowl il-ġmiel tiegħu meta minn kross ta’ Dumfries prova xortiħ b’xutt akrobatiku u għeleb lil Skorupski. Inter ma damux ma kisbu l-vantaġġ meta fis-36 minuta Federico Dimarco għeleb lil-goalkeeper Polakk minn freekick. Inter reġgħu sabu x-xibka għal darb’ oħra qabel tmiem l-ewwel taqsima pemezz ta’ korner mogħti minn Calhanoglu bll-attakkant Arġentin Lautaro Martinez kompla għal ġewwa.
Federico Dimarco reġa skurja għat-tieni darba meta ftit wara l-bidu tat-tieni taqsima rnexxielu jsib ix-xibka minn pass ta’ Nicolo Barella. Fil-55 minuta kien imiss li jiskurja Hakan Calhanoglu li għeleb lil Skorupski b’gowl minn azzjoni personali. L-aħħar gowl wasal minn Robin Gosens fis-76 minuta meta kkapitalizza minn żball tal-goalkeeper Skorupski u sab ruħu b’lasta vojta fejn kull ma kellu jagħmel jixħet fi-xibka.
F’ Via del Mare
Lecce v Atalanta 2-1
Atalanta ġew maħsuda minn Lecce barra min darhom hekk kif Lecce ħadu t-tlett punti b’żewġ gowls fl-ewwel taqsima.
Lecce fetħu l-iskor wara 28 minuta logħob meta Federico Baschirotto sab ix-xibka permezz ta’ daqqa ta’ ras minn korner ta’ Gonzales. Lecce rrduppjaw l-iskor żewġ minuti wara meta Federico Di Francesco għeleb lil Sportiello minn żball banali tad-difensur ċentrali ta’ Udinese Okoli. Madankollu, Atalanta skurjaw gowl fl-40 minuta bit-tama’ li jiksbu d-draw, iżda b’sfortuna għal La Dea, il-gowl kien biss ta’ konsolazzjoni. Il-gowl wasal minn Duvan Zapata minn pass ta’ Malinovskiy.
Fi Stadio Olimpico di Torino
Torino v Sampdoria 2-0
Torino komplew ikabbru l-problemi ta’ Sampdoria meta b’gowl f’kull taqsima għelbuhom 2-0.
Fid-29 minuta kien Nemanja Radonijic li minn azzjoni ta’ Nikola Vlasic għeleb lil Emil Audero biex poġġa lil Torino fil-vantaġġ. Torino rduppjaw fid-59 minuta meta minn pass ta’ Mergim Vojvoda kien Nikola Vlasic li għeleb lil Audero sabiex minuta wara tkecca għal Sampdoria l-kowc Dejan Stankovic għal protesti.
Fiorentina 2 Salernitana 1 Wara 15 il-minuta kien GIACOMO BONAVENTURA li fetaħ l-iskor għal Fiorentina meta minn azzjoni ta’ Jonathan Ikone għeleb lil Luigi Sepe. Reazzjoni minn Salernitana li fil-55 minuta għamlu l-iskor 1 – 1 permezz ta’ BOULAYE DIA minn pass ta’ Krysztov Piatek. Bi Fiorentina fuq l-offensiva fit-82 minuta mill-ġdid fil-vantaġġ b’gowl minn LUKA JOVIC minn azzjoni ta’ Riccardo Saponara.
Fi Stadio Artemio Franchi
Fiorentina v Salernitana 2-1
Fiorentina kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva fil-kampjonat meta f’darhom għelbu lil Salernitana 2-1.
Wara 15 il-minuta kien Giacomo Bonaventura li fetaħ l-iskor għal Fiorentina meta minn azzjoni ta’ Jonathan Ikone għeleb lil Luigi Sepe. Reazzjoni minn Salernitana li fil-55 minuta għamlu l-iskor 1-1 permezz ta’ Boulaye Dia minn pass ta’ Krysztov Piatek. Bi Fiorentina fuq l-offensiva fit-82 minuta mill-ġdid fil-vantaġġ b’gowl minn Luka Jovic minn azzjoni ta’ Riccardo Saponara.
Fil-Mapei Stadium
Sassuolo v Roma 1-1
Roma miżmuma minn Sassuolo hekk kif it-tim mill-kapitali ma rnexxielomx jiksbu tlett punti kruċjali wara t-telfa li sofrew fid-Derby della Capitale kontra Lazio il-ġimgħa l-oħra.
Iż-żewġ gowls waslu tard fit-tieni taqsima, hekk kif Roma fetħu l-iskor wara 80 minuta logħob meta Tammy Abraham xeħet ġewwa minn kross ta’ Mancini. Sassuolo kisbu d-draw wara ħames minuti meta Andrea Pinamonti għeleb lil Rui Patricio minn kross fil-baxx ta’ Lauriente.
Il-logħob l-oħra temmew hekk:
Fiorentina v Salernitana 2-1
Torino v Sampdoria 2-0
Il-logħob t’għada:
6:30pm
Hellas Verona v Juventus
8:45pm
Lazio v Monza