Sewwieq ta’ mutur qed isofri minn xi ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karozza fi Triq Durumblat, Mosta.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-12:40pm.
Fil-post issejħet ambulanza b’tim mediku li wara li taw l-ewwel għajnuna, is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għal iktar kura.
Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 21 sena residenti r-Rabat.
Net News hu nfurmat li s-sewwieq ta’ mutur, raġel ta’ 38 sena mill-Pakistan kien waqt il-ħin tax-xogħol qed iwassal l-ikel lill-klijenti.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
//= $special ?>