Fit-tieni ġurnata mill-Kampjonat Reġjonali Mosta St. Mary’s għamluha tnejn minn tnejn meta għelbu lil Ħamrun 147 11-3 fejn kif juri r-riżultat sabuha faċli f’logħba li ddominaw għal kollox.
San Ġwann Nick’s A u Selmun Bar A spiċċaw fi draw ta’ 10-10 f’logħba kkunbattuta biż-żewġ timijiet jibqgħu jiġru wara xulxin sal-aħħar.
Juve Birkirkara A għelbu lil Birkirkara Boċċi 11-9 bit-tim l-ieħor Karkariż Birkirkara Youngsters rebħu 11-7 kontra San Ġwann White Hart.
Logħba oħra interessanti kienet dik bejn Każin Pinto Qormi B u Birkirkara Duke’s A bil-Qormin jirbħu 11-8.
//= $special ?>