Sport

Darts: Kyle Satariano idawwar telfa f’rebħa u jirbaħ il-kategorija taż-żgħażagħ

Fit-tieni ġurnata tal-Malta Darts Intrnational Open li qed isiru fil-Kumpless tal-Isport f’ Ħal Kirkop reġa’ spikka Matti Satariano li temm fit-tieni post tal-Malta Masters Youths, issa kien imiss lil Kyle Satariano li fl-eta’ ta’ 10 snin rebaħ il-kategorija open taż-żgħażagħ meta għeleb lill-istess Matti Satariano fil-finali. Minkejja li Kyle kien qed jitlef 3-0, hu għaraf idawwar il-logħba favurih sabiex eventwalment rebaħ 5-4.

Fil-kategoriji l-oħra, l-ebda Malti ma rnexxielu jasal sal-aħħar fażi tal-kompetizzjoni. Fis-singles tal-irġiel kien Philip Van Gasse tal-Belġju li għeleb lil Benjamin Pretmer tas-Slovenja 5-1. Fil-kategorija singles tan-nisa kienet il-Kroata Anca Ziljstra li għelbet 5-1 lill-Ingliża Paula Jacklin.

Fil-kategorija tal-ParaDarts, Malta ħadet sehem permezz ta’ Joseph Martin li wasal sal-kwarti tal-finali u tilef kontra l- eventwali rebbieħ id-Daniż Allan Rask 4-1. Dan tal-aħħar baqa’ għaddej u għeleb lill-Ingliż Jonathan Hirst 5-2. Illum tintlagħab l-aħħar ġurnata ta’ dan it-turnament internazzjonali.