Wara l-iskandlu li seħħ fl-Orkestra Nazzjonali, qed tkompli tikber il-pressjoni mhux biss fuq il-Ministru Owen Bonnici, iżda wkoll fuq il-Gvern ta’ Robert Abela.
Fi stqarrija iebsa, il-lobby li jirrepreżenta lin-nisa f’pajjiżna insista li kull persuna li kien responsabbli mill-proċeduri fl-Orkestra Nazzjonali – u li b’xi mod naqas fil-każ ta’ fastidju sesswali li seħħ fl-istess Orkestra – għandu jinżamm accountable għal dak li seħħ.
Mhux hekk biss. Qed issir pressjoni fuq il-Gvern biex dan il-każ ta’ abbuż fuq din l-impjegata tal-Orkestra Nazzjonali jittieħed bis-serjetà, b’tolleranza zero – u mhux isir attentat ta’ cover-up.
Il-Women’s Lobby ħass li kellu joħroġ din il-pożizzjoni wara li fil-Qorti diġa’ kien hemm persuna li tressaq u li ammetta l-ħtija, filwaqt li hemm ukoll l-eks kandidat laburista Sigmund Mifsud li għaddej proċeduri separati; akkużat li prova jinfluwenza u jaħbu dak li seħħ.
Il-lobby saqsa jekk hemmx raġuni kredibbli għaliex inżamm mistur l-isem tal-uffiċjal fl-Orkestra li wettaq dan il-fastidju sesswali. Huma saqsew jekk il-ħati għadux impjegat mal-Orkestra Nazzjonali, u jekk hux se jitħalla jidħol lura fil-job li kellu qabel.
Il-Women’s Lobby qed jagħmel ukoll pressjoni biex l-Orkestra tippubblika il-lista ta’ rimedji li ġew offruti lill-vittma ta’ dan l-att. U biex l-istess Orkestra tiddikjara b’mod ċar x’inhi l-istrateġija li lesta taddotta l-Orkestra Nazzjonali biex dawn l-episodji ma jerġgħux iseħħu.
//= $special ?>