Lokali

L-ESG essenzjali għall-kwalita’ tal-ħajja – Bernard Grech

F’laqgħa li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista kellu mal-allejanza tal-ESG, Bernard Grech tkellem dwar l-importanza li titjieb il-kwalita’ tal-ħajja – speċjalment fl-aspetti ambjentali, soċjali u b’governanza tajba.

Bernard Grech saħaq li wasal iż-żmien li tittieħed azzjoni sabiex titjieb il-kwalita’ tal-ħajja ta’ kulħadd.

Barra minn hekk Bernard Grech qal li l-ESG għandu jkun għan ewlieni għan-negozji kollha biex itejbu r-responsabbilta’ soċjali ta’ kulħadd. Din l-entita tista’ tgħin sabiex itejjeb l-ekonomija ta’ pajjiżna kif ukoll itejjeb il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema fost affarijiet oħra.

Bernard Grech qal li l-Partit Nazzjonalista ilu jħares lejn l-ESG għal aktar minn sena tant li dan l-element kien importanti ħafna fil-programm elettorali ta’ din is-sena.

Minn naħa tiegħu, il-Fundatur u l-Konsulent tal-allejanza tal-ESG David Xuereb qal li diġa’ bdew jieħdu azzjoni sabiex ikunu ndirizzati diversi għanijiet.

Huwa rrimarka li l-aspettattivi tal-klijenti qed jinbidlu fejn issa qed ikun hemm aktar kuzjenza dwar l-ESG. Barra minn hekk, il-Perit Xuereb saħaq fuq l-importanza li l-entitajiet jaħdmu kollha flimkien.