Futbol Sport

Lazio jitilgħu fit-tieni post… Juventus jegħlbu lil Verona b’gowl ta’ Moise Kean

(Ritratt: EPA)

Gowl f’nofs it-tieni taqsima kien biżżejjed għal Lazio biex bid-disa’ rebħa fil-Kampjonat jitilgħu fit-tieni post bi 30 punt daqs Milan minkejja li jinsabu tmien punti taħt Napoli. Fit-13 il-minuta minn azzjoni ta’ Patrick Ciurria kien Andrea Petagna li għeleb lil Provedel iżda l-gowl ma kienx ikkonvalidat bil-VAR minħabba offside. Minkejja li matul l-ewwel taqsima, Monza kienu aktar perikoluzi , b’xi mod id-difiza ta’ Lazio żammet l-iskor intatt. Fit-tieni taqsim, b’Lazio aktar deciżi li jkomplu bis-serje pożittiva, fis-70 minuta marru fil-vantaġġ wara li LUKA ROMERO għeleb lil Michele di Gregorio. Gowl li kien biżżejjed għal Lazio kontra avversarju skomdu bħal Monza.

Bit-tmien rebħa tal-istaġun, Juventus komplew bis-serje ta’ riżultati pożittivi fil-Kampjonat fejn bi 28 punt ingħaqdu mal-grupp ta’ timijiet għad-dell ta’ Napoli. Ebda gowl matul l-ewwel taqsima minkejja li Juventus kellhom aktar pussess. Fis-60 minuta minn azzjoni ta’ Adrien Rabiot kien MOISE KEAN li għeleb lil Lorenzo Montipo għal dak li kellu jkun il-gowl deciżiv. Minkejja pressjoni minn Verona, bil-partita f’mumenti dominata minn azzjonijiet fallużi, b’xi mod Mattia Perin żamm l-iskor intatt għal Juventus li fid-92 minuta temmew bi plejer anqas mat-tkeccija diretta ta’ Alex Sandro minn Marco di Bello.

Riżultati

Verona v Juventus 0-1

Lazio v Monza 1-0