Futbol Sport

Man Utd b’rebħa fuq Aston Villa fl-EFL Cup

Sitt gowls matul it-tieni taqsima għamlu l-konfront interessanti, bl-andament jinbidel minn ħin għal ieħor sa kemm eventwalment Manchester United b’żewġ gowls fl-aħħar fażi għalqu l-partita. Fit-48 minuta Aston Villa fetħu l-iskor permezz ta’ OLLIE WATKINS li minn azzjoni ta’ Jacob Ramsey għeleb lil Martin Dubravka. Għaddiet minuta u l-iskor sar 1-1. Pass ta’ Bruno Fernandez lejn ANTHONY MARTIAL li għeleb lil Robin Olsen.

L-iskor reġa’ nbidel fil-61 meta auto gowl ta’ DIOGO DOLOT mill-ġdid poġġa lil Aston Villa fil-vantaġġ. Fis-67 minuta kien MARCUS RASHFORD li għeleb lil Olsen għat 2-2 sabiex b’Manchester United iżidu l-offensiva meritatament fit-78 minuta marru fil-vantaġġ wara li minn azzjoni ta’ Alejandro Garnacho kien BRUNO FERNANDEZ li għamel l-iskor 3-2. B’Aston Villa jonqsu milli jwettqu reazzjoni, fil-91 minuta l-iskor sar 4-2 meta minn oass ta’ Garnacho kien SCOTT MCTOMINAY li għeleb lil Olsen bl-aħħar gowl tal-partita.