Mr. Riley ilu magħna mill-1974, li jfisser li din il-marka għandha xejn inqas minn 47 sena! Illum il-ġurnata, Mr.Riley joffri firxa wiesgħa ta’ snacks li jitgawdew mill-familja kollha.
Dan l-aħħar Mr. Riley kellu l-pjaċir li jiltaqa’ mal-artist lokali Julian Cini, li ħoloq mill-ġdid l-immaġni ta’ din il-brand bl-istil personali tiegħu. Din il-kollaborazzjoni ssarrfet f’mural vibranti u li jolqot l-għajn fl-uffiċċji tal-grupp Rimus f’Bulebel, iż-Żejtun.

Id-disinn tal-pittura fuq il-ħajt (mural) jinvolvi tpinġijiet dettaljati tal-prodotti emblematiċi li Mr. Riley hu l-aktar magħruf għalihom: French Fries, Party Time u Pizza Rings. Waqt l-attività, Julian Cini qal li jixtieq jirringrazzja lil Mr. Riley u lit-tim ta’ Communiqué li bis-saħħa tagħhom din il-ħolma saret realtà. Minn idea li ħarġet minn post fuq il-midja soċjali – li jgħaqqad l-istil tiegħu ma’ brands oħra Maltin – żviluppat din il-kollaborazzjoni daqstant kbira, li permezz tagħha nħoloq mural modern u vibranti li jirrikonoxxi l-isnacks ta’ Mr. Riley.
L-inawgurazzjoni tal-mural ta’ Julian Cini saret fl-istess waqt li nfetħet il-kompetizzjoni. “Il-fatt li ħdimna ma’ Julian u rajna daqstant kreattività nibbet fina lkoll ix-xewqa li naraw aktar arti lokali,” qalet Bernice Micallef, Direttur Maniġerjali ta’ Communiqué u waħda mid-diretturi tal-grupp Rimus.
Bernice Micallef qalet, “Minn hemm ġiet l-ispirazzjoni għall-idea li nużaw il-brand Mr. Riley sabiex nappoġġjaw lil teenagers u żgħażagħ fl-inizjattivi artistiċi tagħhom, billi nniedu l-kompetizzjoni tal-arti Snack Attack u b’hekk nagħtu lill-parteċipanti kollha l-opportunità li jiksbu t-tip ta’ premjijiet li kull artist żagħżugħ jixtieq li jkollu. Qed nitkellmu dwar tablets grafiċi diġitali, kemm bid-displays u anke mingħajrhom, kif ukoll vouchers għall-materjal tal-arti.”
Din il-kompetizzjoni hi miftuħa għal kull min għandu aktar minn 13-il sena. Madankollu, jekk xi ħadd li għandu inqas minn 13 jixtieq jipparteċipa, jista’ xorta jissottometti xogħlu, basta jirrikonoxxi li se jkun qed jikkompeti ma’ artisti li jaf għandhom sa 16-il sena. Il-kompetizzjoni hija maqsuma f’żewġ gruppi ta’ etajiet: 13–16 u 17+.
Is-sottomissjonijiet jistgħu juru lil Mr. Riley jew inkella pakkett French Fries quddiem kwalunkwe sfond — u l-artisti huma liberi li jużaw kull stil, mezz jew pjattaforma kreattiva li jixtiequ. Jiġu aċċettati kemm formati diġitali kif ukoll non-diġitali. L-istess persuna tista’ tagħmel aktar minn sottomissjoni waħda, iżda kull xogħol artistiku jrid jiġi reġistrat separatament.
Importanti li tirreġistra sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Novembru, għaliex id-data tal-għeluq għas-sottomissjonijiet kollha hija l-15 ta’ Diċembru 2022. Is-sottomissjoni rebbieħa titħabbar sal-21 ta’ Diċembru.
Faċli ħafna u ma ddumx biex tirreġistra. Tista’ tiskennja l-kodiċi QR, jew inkella ssegwi din il-ħolqa biex tara l-linji gwida għas-sottomissjonijiet: https://rimusgroup.com/mr-riley/snackattackart/. Hemmhekk issib l-informazzjoni kollha dwar il-kompetizzjoni. Tista’ wkoll tibgħat email lil Mr. Riley fuq: mrrileyattackart@gmail.com.
//= $special ?>