Il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana nefaq €61,100 biex stampa u qassam f’kull dar f’Malta u Għawdex fuljett b’ritratt tiegħu u ta’ Robert Abela mimli propoganda għalihom personali.
Fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari li għamel id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina, Clyde Caruana wieġeb li nefaq €35,480 biex ġie stampat il-fuljett u €25,620 biex il-fuljett tqassam fil-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex.
Id-Deputat Nazzjonalista qal li dan hu abbuż sfaċċat minn fondi pubbliċi, dan hekk kif jekk irid jagħmel propoganda għalih innifsu u għal sieħbu Robert Abela, Clyde Caruana jmissu jħallas minn butu u mhux mit-taxxa taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.
//= $special ?>