Raġel sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident li seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ waranofinhar fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.
Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn karozza tal-għamla Renault Fluence misjuqa minn raġel ta’ 51 sena residenti Ta’ Xbiex, u karozza oħra li kienet misjuqa minn raġel ta’ 64 sena residenti Ħ’Attard.
Iż-żewġ sewwieqa ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Ir-raġel ta’ 51 sena ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi, filwaqt li r-raġel l-ieħor sofra ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>