Ewropa Lokali

Roberta Metsola tilqa’ lir-rebbieħa tal-FIFA U-20 tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa

Hekk kif ninsabu 10 ijiem il-bogħod mit-Tazza tad-Dinja, il-futbol huwa suġġett li kulħadd żgur qed jitkellem fuqu.

Intant, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola f’post fuq il-midja soċjali qalet li kien ta unur kbir li fil-Parlament tilqa’ lir-rebbieħa tal-FIFA U-20 tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa li saret fil-Costa Rica.

Hija saħqet li dawn huma nisa ta’ ispirazzjoni kbira u li għandhom passjoni kbira għal dak li jagħmlu. Metsola sostniet li dawn in-nisa għamlu kontribut kbir fl-istorja tad-dinja u qalet li dan għandu jittieħed bħalha eżempju sabiex ħadd ma jaqta’ qalbu.

Waqt din iż-żjara Roberta Metsola ġiet ippreżentata bil-flokk tat-tim rebbieħ Spanjol magħruf bħala ‘La Roja’.