Lokali

Raġel mill-Maċedonja jitlef ħajtu f’inċident bil-mutur

Raġel ta’ 32 sena tilef ħajtu wara li kien involut f’inċident seħħ Ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħdax ta’ bil-lejl fi Triq it-Torri, f’Tas-Sliema.

Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn karozza tal-għamla Isuzu D-Max misjuqa minn Sirjan ta’ 29 sena residenti Marsaskala, u mutur Piaggio Vespa li kien misjuq minn Maċedonjan ta’ 32 sena.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, iżda sfortunatament kien ċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Maċedonjan ieħor ta’ 33 sena, residenti San Ġwann li kien passiġġier fuq il-mutur sofra ġrieħi gravi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello li ħatret inkjesta, filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.