Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Tragward importanti għal Bakary Papa Gassama

Bakary Papa Gassama se jkun qed jikteb l-istorja f’din it-Tazza tad-Dinja hekk kif huwa se jsir l-ewwel referee Afrikan li se jkun irreffja fi tliet Tazzi tad-Dinja konsekuttivi.

Filfatt Papa Gassama, li huwa mill-Gambja, irrefja fl-ewwel Tazza tad-Dinja tiegħu fl-2014 fil-Brażil biex imbagħad reġa kien wiehed mill-25 referee li rrefja fl-edizzjoni tal-2018 fir-Russja.

Barra minn hekk huwa kkontrolla bosta tournaments prestiġjużi oħra fosthom il-Confederations Cup fl-2017 u l-finali tat-Tazza Afrikana bejn il-Ghana u l-Kosta tal-Avorju fl-2015.

Bakary Papa Gassama rebaħ l-unur tar-Referee Afrikan tas-Sena xejn inqas minn tliet darbiet.