HIBERNIANS………….2
PIETÀ HOTSPURS……1
Hibernians: I.Kone, F.Apap,K.Shaw, T.Aldama, J.Grech( B.Kristensen 63’) , J.Degabriele( Z.Grech 74’), D.Vella,G.Artiles ( J.Zerafa 63’), Y.O.Muritala , A.Diakite, R.Soares..
Pietà H: D.S.Alampasu, C.Bangura, T.Abraham ( P.Lapira 70’),D.Zerafa, J.Ghio( Y Morita 65’), T.Aguis ( K.Leonardi 46’)Mal, A.D.Schembri Wismayer ( S.Okah 46’), Z.Leonardi, G.A.Ogungbe, S.A.Camara ( L.Amadu 46’), T.Yamaguchi
Skorjaw: Y. Muritala 14′, 43′ (H), K. Leonardi 80′ (P)
Referee: Daniel Casha
BOV Pleyer tal-partita :Yunausa Muritla ( Hibs).
Hibernians telgħu fit-tielet post tal-klassifika meta f’partita li kienet ikkaratterizzata minn xita kontinwa li għamlitha diffiċli liż-żewġ timijiet, għelbu lil Pietà Hotspurs 2-1. Minn naħa l-oħra jkompli l-istaġun diffiċli għal Pietà meta issa minn 11-il partita rebħu waħda biss u jinsabu fl-aħħar post b’4 punti daqs Żebbuġ.
L-ewwel azzjoni waslet fit-13-il minuta mill-Hotspurs meta Schembri Wismayer għadda lejn Zean Leonardi li l-konklużżjoni tiegħu kienet imtajjra minn Ferdinando Apap.
Fis-17-il minuta Hibernians fetħu l-iskor meta minn free-kick mogħti minn Jurgen Degabriele kien Yanusa Muritala li b’daqqa ta’ ras sabiħa tefa’ wara Alampasu.
Fil-35 minuta Jurgen Degabriele ra x-xutt itegħu imur għoli wara pass preċiż ta’ Jake Grech. Fit-43 minuta Hibs jagħmluhom 2-0 meta Jake Grech ta ballun mill-isbaħ fit-tul lejla Yanusa Muritala u wara li avvanza ikkonkluda għat-tieni darba fix-xibka.
Ix-xita qawwija bdiet fil-bidu tat-tieni taqsima u ftit minuti mill-bidu Hibernians setgħu għamluhom tlieta. Kien Muritala li xxutja lejn il-lasta u meta l-ballun deher dieħel fix-xibka dan waqaf bil-kundizzjoni ħażina li kien fih il-pitch bid-difensuri ta’ Pietà jtajjru.
Pietà naqsu d-ditakk meta fit-80 minuta Kian Leonardi avvanza u minn quddiem Kone ma żbaljax. Madankollu dan ma kienx biżżejjed bl-iskor sat-tmiem jibqa dak ta’ 2-1 favur Hibernians.
//= $special ?>