Il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa’ ġie preżentat b’evidenza diretta li tipponta lejn illegalitajiet gravi b’rabta mal-proġett tal-flyovers tal-Marsa. Dan wara li whistleblowers anonimi urew biċ-ċar li kien hemm illegalitajiet sfaċċati marbutin ma’ dan il-proġett.
Jidher li hemm evidenza qawwija li tindika l-involviment ta’ mill-inqas żewġ personalitajiet magħrufa sew, flimkien ma’ persuni oħra inqas magħrufa, kif ukoll tħassib dwar il-kxif ta’ informazzjoni privileġġata; negozjati irregolari u mhux trasparenti minn wara l-kwinti; faċċati fittizji involuti fil-proċess tas-sejħa għall-offerti u s-suspett qawwi ta’ teħid ta’ commissions u ħlasijiet bankarji inspjegabbli.
Dan kollu ġie żvelat f’email mibgħuta lill-media mill-Professur Arnold Cassola. Għalkemm hu fl-ebda ħin ma għamel referenza diretta għall-proġett tal-Marsa.
//= $special ?>