Matthias Mizzi
SANTA LUCIA……0
VALLETTA….………2
Santa Lucia: M. Calleja Cremona, Y. Soares, M. Johnson, N. Pulis, R. Bairam (M. Serna 75’), A. Valpoort (R. Saito 85’), D. Xuereb (L. McKay 85’), J. Pisani, R. Fairas, J. Carbone (J. Tanti 63’), M. Alba
Valletta: A. Guarnone, R.Camilleri, T. Caruana, A.Zammit (C. Gauci 62’), O. Akpoveta (S. Cheversan 74’), E. Pena Beltre, B. Fewo, B. Paiber, J. Ngong (J. Borg 74’), E. Sala, K.Bevis
Imwissija: E. Sala 30’ (VLT), R. Farias 33’ (STL), J. Carbone 35’ (STL), M. Johnson 62’ (VLT), E. Pena Beltre 79’
Skorjaw: A. Zammit 23’ (VLT), B. Paiber 81’ (VLT)
Referee: Ishmael Barbara
Assistenti Referees: Duncan Spencer & Paul Spencer
Il-Mument Plejer tal-Logħba: Brandon Paiber (VLT)
BOV Plejer tal-Logħba: Brandon Paiber (VLT)
F’lejla tipika tal-ħarifa, b’xita qalila nieżla f’kull waqt, il-kundizzjonijiet tal-pitch fit-Tony Bezzina Stadium ma għinu xejn biex jagħmlu dan il-konfront wieħed interessanti. Għal din ir-raġuni, ir-ritmu tal-logħob kien wieħed kalm, bid-difiża taż-żewġ naħat kawta f’kull ħin li ma tiżbaljax. Tant hu hekk li Alessandro Guarnone u Matthew Calleja Cremona ftit li xejn kienu impenjati. Ta’ min isemmi wkoll il-qalb kbira tal-ftit sapporters Beltin u ta’ Santa Lucia li xorta rħewlha għall-istadium minkejja n-nuqqas ta’ kenn għalihom.
Tmien minuti logħob u Oke Akpoveta seraq il-ballun mingħand id-difensur ta’ Santa Lucia, qassam lejn Brandon Paiber bix-xutt tiegħu kien imdawwar f’corner minn Calleja Cremona. Ħames minuti wara free-kick tal-ex-plejer ta’ Valletta Nicholas Pulis seta’ faċilment spiċċa fix-xibka li kieku ma kienx ddevjat minn mal-art permezz ta’ Andrea Zammit. Mat-23 minuta logħob l-istess żagħżugħ ANDREA ZAMMIT fetaħ l-iskor b’xutt fil-baxx minn ġol-kaxxa hekk kif id-difiża ta’ Santa Lucia ma għarfitx tiddefendi l-ballun minn kross insidjuż.
Fit-tieni taqsima, proprju mal-ħamsin minuta t-tim immexxi minn Vicenzo Potenza ħelsuha ħafif meta Okpoveta baqa’ għaddej b’ħeffa kbira, bil-ballun waqa’ għand Triston Caruana sakemm ix-xutt tiegħu kien salvat u mtajjar mid-difiża. Disgħa u sittin minuta logħob u Ryan Camilleri għal ftit ma żbaljax b’gowl fix-xibka tiegħu stess b’daqqa ta’ ras lura. It-tim tal-kapitali għalaq l-partita disa’ minuti mit-tmiem hekk kif BRANDON PAIBER irċieva mingħand
Triston Caruana, niżżel il-ballun favur saqajh u b’xutt mal-art tefa’ għal ġor-rokna tax-xibka. Bit-tim ta’ Santa Lucia konvint mit-telfa, sitt minuti wara s-sostitut Cheversan seta’ faċilment jagħmilhom tlieta imma minn taħt il-lasta iżda tefa’ għoli b’daqqa ta’ ras. Minkejja li fl-aħħar ħinijiet il-Beltin kellhom diversi opportunitajiet ta’ gowls huma ma reġgħux sabu x-xibka biex l-iskor intemm 2-0 favurihom.
//= $special ?>