Bniedem li kien determinat f’dak kollu li kien jagħmel fejn fuq kollox kellu sens kbir ta’ dixxiplina.
Hekk kien deskritt it-Tabib Victor Calvagna meta s-Sibt filgħodu saret it-tnedija tal-ktieb bl-isem ‘Victor, you are an iron man’.
Il-moħħ wara dan il-ktieb huwa Mark Galea, persuna li kien viċin ferm ta’ Calvagna. Mark iddeskriva lil Victor bħala bniedem li kien kapaċi jagħmel bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħin liberu. Huwa qal li dan il-ktieb se jwasal biex kulħadd isir jaf l-aspett ieħor ta’ Victor Calvagna fejn apparti l-kura tal-kanċer kellu ferm għal qalbu l-isport.
Mark Galea rringrazzja lil Carmen Calvagna għal kemm kienet ta’ sapport kbir għar-raġel tagħha kif ukoll għal min kien qrib tiegħu. Hija qalet li dan huwa ktieb teżor li permezz tiegħu se tibqa’ ħajja l-memorja ta’ żewġha.
Ma’ Net News tkellmet ukoll l-awtriċi ta’ dan il-ktieb, AnnaMaria Gatt fejn aċċennat numru ta’ valuri li kellu t-Tabib Calvagna.
Angele Cuschieri f’isem Puttinu Cares irrigrazzjat lil dawk kollha li ħadmu fuq dan il-ktieb. Hija qalet li Calvagna kien raġel kbir pero l-ktar ħaġa li toħroġ minn dan il-ktieb huwa li biex tirnexxi fil-ħajja wieħed irid ikun dixxiplinat fejn id-dixxiplna kienet waħda mil-virtuwijiet sbieħ li kellu it-Tabib Calvagna.
Il-qliegħ kollu mill-bejgħ ta’ dan il-ktieb se jkun qed imur għal Puttinu Cares… hekk kif Victor Calvagna marul ħajtu ħadem qatigħ sabiex jgħin lil dawk kollha li kienu għaddejjin mill-marda tal-kanċer fosthom tfal.
//= $special ?>