Futbol Sport

Sorpriża minn Brentford u rebħa oħra għal Arsenal

Sorpriża kbira minn Brentford fl-aħħar programm tal-Premiership qabel il-waqfa minħabba t-Tazza tad-Dinja, hekk kif kontra kull mistenni għelbu lil Manchester City 2-1. Il-logħba mill-ewwel dehret għat-telgħa għat-tim ta’ Pep Guardiola hekk kif wara kwarta logħob Toney b’daqqa ta’ ras xeħet il-ballun fix-xibka. Manchester City assedjaw il-lasta avversarja fejn kellhom diversi tentattivi lejn il-lasta kif ukoll kellhom diversi talbiet għall-penalties fejn kien hemm ħafna konfużjoni fil-kaxxa ta’ Brentford. Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima Manchester City finalment kisbu l-gowl tad-draw meta Phil Foden kompletament żmarkat spara fir-rokna ta’ fuq tax-xibka.Kif kien mistenni fit-tieni taqsima Manchester komplew jattakkaw bla heda iżda b’xi mod jew ieħor Brentford żammew fid-difiża u fit-tmien minuta ta’ ħin miżjud reġa’ kien Toney li f’azzjoni ta’ kontrattakk skorja l-gowl rebbieħ b’xutt mill-viċin.

Arsenal approfittaw miż-żelqa mhux mistennija ta’ City meta filgħaxija għelbu lit-tim tal-qiegħ Wolves b’żewġ gowls fit-tieni taqsima biex issa Arsenal għandhom vantaġġ ta’ ħames punti fuq iċ-champions.L-eroj tal-Gunners kien Odegaard li skorja doppjetta.

Newcastle United komplew jimpressjonaw u saħħew it-tielet post fil-klassifika meta għelbu lil Chelsea 1-0, fejn issa l-pressjoni tkompli tikber fuq Graham Potter hekk kif Chelsea sofrew it-tielet telfa konsekuttiva.Il-gowl rebbieħ ta’ Newcastle kien skorjat minn Willock f’nofs it-tieni taqsima.

Logħba mill-iktar spettakolari bejn Tottenham u Leeds United b’Tottenham joħorġu rebbieħa 4-3 wara li matul il-logħba kienu dejjem minn taħt. Wara 10 minuti logħob Leeds fil-vantaġġ permezz ta’ Summerville u fil-25 minuta Spurs kisbu d-draw permezz tas-solitu Harry Kane. Iżda ftit qabel l-intervall Leeds reġgħu marru fil-vantaġġ meta Kristensen żmarka lil Rodrigo li skorja b’xutt fil-baxx. Sitt minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima it-tieni draw ta’ Spurs permezz ta’ Davies, biex kwarta mit-tmiem Leeds mill-ġdid fil-vantaġġ b’Rodrigo jiskorja t-tieni gowl personali tiegħu.Iżda kien għad baqa’ għaliex l-eks plejer ta’ Juventus Bentancur skorja doppjetta fi spazju ta’ żewġ minuti biex ta rebħa drammatika lil Tottenham.F’Anfield

Liverpool għelbu lil Southampton 3-1 bil-gowls kollha skorjati fl-ewwel taqsima.żien Firmino li fetaħ l-iscore b’daqqa ta’ ras, iżda ftit wara Che Adams kiseb id-draw għal Southampton. Liverpool iżda ddominaw l-ewwel taqsima u Darwin Nunez skorja doppjetta biex ta r-rebħa lir-Reds.

Man City 1-2 Brentford

Bournemouth 3-0 Everton

Liverpool 3-1 S’mpton

Nottingham 1-0 C. Palace

Tottenham 4-3 Leeds

West Ham 0-2 Leicester

Newcastle 1-0 Chelsea

Wolves 0-2 Arsenal

Il-Hadd:

15:00 Brighton v Aston Villa

17:30 Fulham v Man. Utd