Kultura Lokali

Stejjer serji li huma ħsara fuq is-settur kulturali

Imħassbin b’dak li ġara. Is-settur jixraqlu aħjar.

Dan huwa dak li qal Toni Attard waqt il-programm Net Live tal-Ġimgħa, fejn fost l-oħrajn ġie diskuss kif il-każ ta’ fastidju sesswali li seħħ fl-Orkestra Nazzjonali tappan u qed jitfa’ dawl ikrah fuq is-settur kulturali f’pajjiżna.

Tul il-programm, id-Direttur Teatrali Toni Attard saħaq illi jeħtieġ li l-istituzzjonijiet ikunu post sigur fejn wieħed jitkellem, u mhux ikun hemm biżgħa li jekk titkellem għal dak li hu tiegħek, jew dak li għandek dritt għalih, tispiċċa taqlaha.

Toni Attard tenna li s-settur tal-arti jeħtieġ li jgħin lill-artist, u għalhekk huwa kruċjali li jkun hemm istituzzjonijiet b’saħħithom … għax b’hekk biss titjieb il-kwalità tal-arti f’Malta. 

Fl-aħħar jiem, il-Lobby tan-Nisa tefa’ dubju li xi ħadd b’awtorita jista’ jkun qed jipprova jwettaq cover-up biex jgħatti dak li seħħ fl-Orkestra.

Minn naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni li taħtha taqa’ l-Aġenzija Appoġġ, Alfred Grixti, stqarr li mhux ġust jikkumenta dwar l-abbuż li seħħ.